Sentejn ħabs wara li attakka lill-Pulizija | One News

Notifiki

Sentejn ħabs wara li attakka lill-Pulizija

Abdul Hamid Adam Zakkaria ntbagħat sentejn ħabs u weħel multa ta’ għaxart elef ewro wara li nstab ħati li attakka u fera lill-Pulizija.

Fil-Qorti huwa kien akkużat li darab żewġ Pulizija, m’obdiex l-ordinijiet tal-Pulizija, kellu sikkina mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija u kiser il-paċi pubblika.

Fil-Qorti xehdu diversi pulizija li fissru kif ir-raġel kien intlemaħ fit-tarf tas-sur fil-Furjana u li meta niżel minn hemm u waslu l-pulizija tar-Rapid Intervention Unit, attakkahom b’mus.

Intqal ukoll kif l-akkużat beda jagħti bis-sieq lill-pulizija u jobżqilhom f’wiċċhom filwaqt li beda jgħid “Allah hu Akbar”.

Fir-rapport tiegħu, il-Psikjatra Dr Joe Cassar qal li l-akkużat huwa paranojku għall-pulizija u b’konsegwenza t’hekk aġixxa kif aġixxa b’mod vjolenti.

Min-naħa tiegħu, l-akkużat wera x-xewqa tiegħu li jirritorna lejn pajjiżu, Chad.

Il-Qorti sabet lir-raġel ħati u bagħtitu sentejn ħabs.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend