Aġġornat: Mutur involut f'inċident ma' karozza fil-Gżira | One News

Notifiki

Aġġornat: Mutur involut f’inċident ma’ karozza fil-Gżira

Raġel ta’ 59 sena ttieħed l-isptar wara inċident bejn mutur u karozza fil-Gżira.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-09:30 fi Triq ix-Xatt fil-Gżira meta għal xi raġuni jew oħra karozza Fiat Punto misjuqa minn mara ta’ 36 sena minn Birkirkara ħabtet ma’ mutur tal-għamla Viaggo Vespa misjuq mir-raġel mill-Gżira.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet is-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.

One.com.mt jinsab infurmat li sofra minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend