BIL-FILMAT: Irtirata l-applikazzjoni għal żvilupp ta' Mc Donalds f'ODZ f'Ħaż Żabbar | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Irtirata l-applikazzjoni għal żvilupp ta’ Mc Donalds f’ODZ f’Ħaż Żabbar

Is-sidien tal-katina tar-ristorant MC DONALDS f’Malta irtiraw l-applikazzjoni sabiex jibnu stabiliment f’art miftuħa bi ftit bini barra miż-żona tal-iżvilupp fi Triq il-Labour f’Ħaż-Żabbar.

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar kien minn ta’ quddiem biex oppona dan il-proġett liema pożizzjoni waslet għal vot unanimu kontra din il-proposta li kienet ser twassal għall-inkonvenjent kbir kemm għar-residenti kif ukoll għal-lokalita’ nfisha.

Minbarra l-vot unanimu, il-Kunsill oġġezzjona mal-Awtorità tal-Ippjanar minħabba l-impatt qawwi li kien se jħalli dan l-iżvilupp kemm fuq il-lokalità kif ukoll fuq ir-residenti li jgħixu f’dawk l-inħawi.

One News tkellem mas-Sindku Marc Vella Bonnici fejn spjega kif il-Kunsill ta’ Ħaż-Żabbar ġab l-ewwel l-interessi taż-Żabbarin fejn saħansitra saru konsultazzjonijiet mar-residenti kif ukoll ġie nnotat l-effett ambjentali li kien ser ikollu dan il-proġett.

Nilqgħu dan l-aħbar bħala xi ħaġa pożittiva – bħala kunsill lokali mhux biss oġġezzjonajna żvilupp f’ Ħaż Żabbar biex inkunu oġġezjonajna imma ħarisna verament il-proġett u l-effett li ħa jkollu fuq il-lokalità ta Ħaż-Żabbar u għamilna l-proposti tagħna biex isir il proġett – isir żvilupp u jgawdu minnu ż-Żabbarin.

Is-Sur Vella Bonnici semma kif il-Kunsill għamel studju dwar l-immaniġġjar tat-traffiku fit-Triq il-Labour fejn oriġinarjament kien ser isir il-proġett.

Minn dan l-istudju irriżulta li t-triq ma kinitx ser tiflaħ għall-influss żejjed ta’ karozzi. Barra minnhekk, dan il-proġett kien ser joħloq problema ta’ parkeġġ.

Apparti l-influss tat-traffiku u l-parkeġġ, il-proġett minnu nnifsu kien ħa jiġġenera wkoll ammont kbir ta’ skart li kien se jħalli impatt fuq ħajjet ir-residenti Żabbarin.

Ta’ QabelLi Jmiss