BIL-FILMAT: Iktar minn 12,100 tifel u tifla jattendu SkolaSajf 2018 | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Iktar minn 12,100 tifel u tifla jattendu SkolaSajf 2018

Aktar minn 12,100 tifel u tifla qegħdin jattendu Skola Sajf li qed jiġi offrut f’59 ċentru f’Malta u Għawdex fosthom fl-iskejjel primarji kif ukoll f’Ċentri tar-Riżorsi.

Skola Sajf li għadha kemm fetħet il-bibien tagħha ser tkun qed torganizza sensiela ta’ attivitajiet li jgħinu lit-tfal jitħarġu fil-ħiliet tagħhom u fl-istess waqt ikunu jistgħu iqattgħu il-ħin liberu tagħhom b’mod aktar siewi.

Skola Sajf hija offruta mingħajr ħlas lit-tfal li għandhom minn 3 snin sa 16-il sena; fejn għandhom l-opportunita’ li jiltaqgħu u jitkellmu ma’ tfal oħra f’ambjent sigur.  Sabiex SkolaSajf tilħaq lil kulħadd u tadatta għall-ħajjet tax-xogħol tal-ġenituri, dan is-servizz ġie estiż sal-17:30 ta’ wara nofsinhar għal ħamest ijiem fil-ġimgħa.

It-tema ewlenija ta’ din is-sena huwa LIVING CULTURE li ntgħażlet f-isfond bħala l-Belt Valletta l-Kapitali tal-Kultura Ewropea ħalli b’hekk huma jkunu jistgħu japprezzaw aktar u b’mod ħolistiku l-aspett kulturali.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo ltaqa’ mal-istudenti fl-Iskola Primarja tal-Fgura fejn hawnhekk spjega kif ta’ kull sena dan is-servizz qed jiżdied fil-popolarita’- tant li din is-sena kien hemm żieda ta’ 700 student minn fuq is-sena ta’ qabel.  Lhiema servizz qeed jingħata bis-seħem ta’ aktar minn 1800 ħaddiema fosthom child support workers kif ukoll playworkers.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend