Grecia Bezzina tirbaħ l-OGAE Vision Song Contest f'Berlin | One News

Notifiki

Grecia Bezzina tirbaħ l-OGAE Vision Song Contest f’Berlin

Il-kantanta Grecia Bezzina rebħet l-OGAE Vision Song Contest li sar f’Berlin is-Sibt 14 ta’ Lulju 2018.  

It-talenti ta’ Grecia ntlaqgħu ferm tajjeb hekk kif hija rebħet wara li kisbet 210 punti, minn voti tal-ġurija u vot tal-pubbliku preżenti għall-festival fil-kapitali Ġermaniża.Malta kisbet 38 punt iżjed mill-pajjiż li ġie fit-tieni post.  

Dan il-festival kkontestat minn tmien pajjiżi oħra ntrebaħ minn Malta għat-tieni darba. Grecia Bezzina interpretat il-kanzunetta Everything t’Anna Vissi tal-Eurovision 2006.  Dan il-festival jippromovi l-kanzunetti tal-Eurovision Song Contest u kull pajjiż jibgħat kantanta li tinterpreta kanzunetta li tkun ħadet sehem f’edizzjonijiet passati tal-Eurovision. 

Grecia ntgħażlet b’mod intern mill-OGAE Malta biex tirrapreżenta lill-uniku fanclub uffiċjali tal-Eurovision f’Malta.  Apparti Malta, f’dan il-festival ipparteċipaw; San Marino, il-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Iżrael, l-Isvezja, il-Fillandja, l-Ukrajna u r-Renju Unit. 

B’din ir-rebħa, Grecia ġiet mistiedna biex f’Settembru tkanta fuq vapur li jitlaq minn Ħelsinki bħala parti minn Eurovision Cruise.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend