BIL-FILMAT: €400,000 f'xogħol ta' tindif f'Paceville | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: €400,000 f’xogħol ta’ tindif f’Paceville

Aktar minn żewġ tunnellati ta’ skart jinġabru kull filgħodu f’Paceville mid-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni li twettaq xogħol ta’ tindif tlett darbiet kuljum.

Din l-inizjattiva ssir bi tmien ħaddiema li ta’ kuljum ibakkru kmieni u jibdew inaddfu għall-ħabta tal-5:30 ta’ filgħodu.

Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ramon Deguara sostna ma’ ONE NEWS il-ħidma li qiegħda ssir biex dan il-post ta’ divertiment jinżamm nadif.

“It-tindif huwa ġbir ta’ skart, knis ta’ toroq, tneħħija ta’ posters illegali, tindif tal-għamara tat-toroq bħal bankijiet u kontenituri tal-iskart hemm prattikament it-tindif biex iż-żona tidher aħjar u isbaħ.” 

Is-Sur Deguara qal li peress li fis-sajf iz-zona tiġbed lejha eluf kbar ta’ nies kuljum, id-Direttorat qed jaħdem qatigħ biex it-toroq fil-qalba ta’ Paceville jinħaslu kuljum.

“Paceville ma jitnaddafx filgħodu biss jitnaddaf ukoll fil-frekwenza ta’ wara nofsinhar.  Issir ġabra ta’ skart addizjonali fiż-żona ta’ PV u knis tat-toroq ukoll fiż-żona pedonali.”

Ma’ ONE NEWS, is-Sur Deguara semma kif dan it-tindif f’din iż-żona ta’ qed jiswa lid-Direttorat mal-€400,000 fis-sena – flus li qed iservu wkoll ta’ għajnuna addizzjonali għall-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan.

Apparti Paceville, it-tindif mid-direttorat qiegħed isir ukoll f’zoni turistiċi oħra li jinkludu l-ħasil tal-promenades matul il-lejl fejn dan jibda minn San giljan, Tas-Sliema, Gzira, ta xbiex, l-imsida, pieta kif ukoll tan-nofsinhar ta’ Malta li jinkludu l-kottonera, Marsaxlokk, Birżebbugia, Wied il-Għajn kif ukoll f’Wied iż-Żurrieq.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend