Dalgħodu tkompli l-kumpilazzjoni fil-każ DCG | One News

Notifiki

Dalgħodu tkompli l-kumpilazzjoni fil-każ DCG

Dalgħodu mistennija tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-tliet akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

L-aħwa George u Alfred Degorgio magħrufa bħala ċ-Ċiniż u l-Fulu flimkien ma’ Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu qed jiġu akkużati b’dan il-qtil.

Sa issa l-kumpilazzjoni mxiet ħafna ‘l quddiem hekk kif ix-xhieda meqjusa importanti u kruċjali diġà xehdet quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.

Matul il-ġimgħa li għaddiet ġiet miċħuda wkoll it-talba tal-akkużati biex jingħataw il-ħelsien mill-arrest hekk kif ilhom arrestati sa mill-4 ta’ Diċembru li għadda.

Intant, il-prosekuzzjoni f’ dan il-każ qed titmexxa mill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra, filwaqt li għall-akkużati qed jidhru l-avukati William Cuschieri, Martha Mifsud, Martin Fenech u Josette Sultana.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend