Iktar minn 7000 Għawdxi u Għawdxija jaħdmu f'Malta | One News

Notifiki

Iktar minn 7000 Għawdxi u Għawdxija jaħdmu f’Malta

F’laqgħa mal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant, rappreżentatnti tal-Assoċjazzjoni tal-Impjegati Għawdxin f’Malta spjegaw kif hemm aktar minn 7000 Għawdxi u Għawdxija li jaħdmu f’Malta.

Filfatt ġie spjegat kif minn dawn is-7000 impjegati Għawdxin, 3000 jaħdmu fi-settur privat u 4000 fis-settur pubbliku.

Iż-żġħażagħ komplew jispjegaw kif huma jinsabu f’minoranza u elenkaw il-problemi u tbatijiet li jiffaċċjaw biex jivvjaġġaw kuljum bejn iż-żewġ gżejjer u anke rreferew għall-kirjiet dejjem jogħlew għal dawk il-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta.

Dan hekk kif qed jiġi kkalkulat li mpjegati Għawdxin qed jitilfuq 48 ġurnata fis-sena jivjaġġaw bejn iż-żewġ gżejjer.

Dr Sant stieden liż-żgħażagħ biex jagħmlu studju dwar il-problemi u l-ispejjeż tat-trasport u jipproponu soluzzjonijiet għall-konsiderazzjoni tal-awtoritajiet.

Dr Sant tenna wkoll li qed jaħdem ma’ MEPs minn gżejjer Ewropej biex il-vuċi ta’ dawk li jgħixu fil-gżejjer u fil-periferija tal-Ewropa tasal bi proposti konkreti quddiem il-KE. Qal li flimkien ma’ MEP Kroat li jirrappreżenta l-gżejjer Kroati ikkonvinċew lill-KE tniedi proġett ta’ €12-il miljun għal ambjent aktar nadif fil-gżejjer Ewropej.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend