BIL-FILMAT: Żieda qawwija ta' turisti f'Mejju li għadda | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Żieda qawwija ta’ turisti f’Mejju li għadda

L-ammont ta’ turisti li żaru pajjiżna f’Mejju li għadda ra żieda qawwija ta’ kważi dsatax fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.

Ċifri tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika juru li f’Mejju li għadda kien hawn fostna aktar minn mal-mitejn u tnejn u sittin elf turist, bl-akbar suq jibqa’ dak tar-Renju Unti, segwit mill-Ġermanja u Franza.

Filwaqt li l-maġġoranza tal-viżitaturi żaru Malta għal skop ta’ btala, f’Mejju ta’ din is-sena, aktar minn sbatax il-elf oħra żaru lil pajjiżna fuq xogħol.

Il-maġġoranza tat-turisti li żaru lil pajjiżna f’dan iż-żmien kellhom madwar ħamsa u għoxrin u erbgħa u erbgħin sena.

L-ammont ta’ ljieli li t-turisti qattgħu f’pajjiżna wkoll żdied b’madwar għoxrin fil-mija u laħqu l-milju u sebgħa mitt elf lejl.

Huwa stmat li n-nefqa totali tat-turisti kollha f’pajjiżna kienet dik ta’ mija u sebgħa u disgħin miljun ewro.  Dan ifisser żieda ta’ kważi sbatax fil-mija meta mqabbel man-nefqa tat-turisti f’pajjiżna tul ix-xahar ta’ Mejju tal-elfejn u sbatax.

L-NSO żied jgħid li fl-ewwel ħames xhur tas-sena żaruġ lil Malta aktar minn disa’ mitt elf turisti u huwa stmat li nefqu f’pajjiżna aktar minn sitt mija u tmienja u għoxrin miljun, żieda ta’ tnax fil-mija meta mqabbel mal-ewwel ħames xhur tas-sena li għaddiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend