Trump b'aspettativi baxxi dwar laqgħa ma' Putin | One News

Notifiki

Trump b’aspettativi baxxi dwar laqgħa ma’ Putin

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump se jiltaqa’ mal-President Russu, Vladimir Putin.

Trump qal li għandu aspettazzjonijiet baxxi dwar din il-laqgħa f’Helsinki, iżda żied jgħid li hemm mnejn joħroġ xi ħaġa tajba fl-aħħar mill-aħħar.

Il-laqgħa ferm antiċipata se ssir wara li tnax-il Russu kienu akkużati b’hacking fl-elezzjonijiet tal-elfejn u sittax fl-Istati Uniti. Min-naħa tagħha, r-Russja ċaħdet l-allegazzjonijiet u qalet li tinsab ħerqana għat-taħdidiet bħala mezz biex jitjiebu r-relazzjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend