Tinżamm arrestata fuq akkużi ta’ ‘pickpocketing’ – One News

Tinżamm arrestata fuq akkużi ta’ ‘pickpocketing’

Evdokiya Zlatkova ta’ 23 sena mill-Bulgarija nżammet taħt arrest fuqi akkużi ta’ ‘pickpocketing.’

Hija tressqet il-Qorti iktar kmieni llum wara li l-bieraħ inqabdet fil-mument tipprova tisraq minn basket ta’ mara li kienet għadha kif telgħet fuq tal-linja, f’Triq it-Torri Tas Sliema.

Fil-Qorti Zlatkova wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha u talbet ukoll għall-ħelsien mill-arrest.

Madankollu l-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ma laqgħetx din it-talba hekk kif Zlatkova ma għandiex indirizz fiss. L-ispettur Jonathan Ransley li żied jgħid li l-Bulgara baqgħet ma provdietx informazzjoni dwar fejn toqgħod f’Malta.

Zlatkova dehret inkwetata ferm bid-deċiżjoni tal-Qorti hekk kif kienet pjanata ssiefer lura lejn il-Bulgarija, fis-17 ta’ Lulju.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend