Proġett ta' edukazzjoni alternattiva | One News

Notifiki

Proġett ta’ edukazzjoni alternattiva

Malta, il-Peru, il-Pakistan, Kuba u l-Filippini huma l-ħames pajjiżi li se jgawdu mill-fondi li se jinġabru waqt il-maratona Oħloq Tbissima.

Bejn il-Ġimgħa għoxrin u l-Ħadd tnejn u għoxrin ta’ Lulju, fil-bitħa ta’ Dar San Ġużepp, se tkun qed issir is-sittax-il edizzjoni ta’ dil-maratona, li se ddum sittin siegħa.

One News iltaqa ma’ Dun Louis Mallia, id-Direttur ta’ Dar San Ġużepp u kif ukoll taċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja, fejn spjega proġett partikolari li se jsir f’pajjiżna.

Li ngħinuhom biex jidħlu f ‘dinamiċi differenti ta’ qisu edukazzjoni alternattiva għal ġid tagħhom. Allura ħa nużaw il- midja bħala l-istrument ħalli dawn it tfal jidħlu fi storytelling ħalli permezz tal-media, filming u editing, qisu fi proġett naqra twil ta’ sentejn, huma jidħlu f dinamika li tgħinhom jikbru personalment

Fis-snin passati, saret ħafna ħidma missjunarja fil-Peru.

Ħidma li se tkompli tikber, bil-pjan ikun li bil-fondi li jinġabru, ikunu mgħejjuna iktar nies li huma foqra.

Iż-żona l-iktar fqira jiġifieri qed nitkellmu in-naħa ta’ fejn qegħdin aħna ngħidulha altokajma inasef fejn vera n-nies huma fqar, ġejjin mill-muntanji. Ħa ngħinu ħafna hemmhekk għax hemm bżonn għax m’hemm xejn u wkoll għandna l-ħsieb li nitilgħu iktar il-fuq fil-Peru n-naħa tal-Lago Titikaka fejn hemm in-nies vera fqar u l-bogħod minn kollox u minn kullimkien

Dan filwaqt li bdiet ħidma missjunarja ġdid f’Kuba, għaddej proġett t’edukazzjoni fil-Filippini u kif ukoll skola għat-tfajliet fil-Pakistan.

Ma stajnix ma nsaqsux lil Dun Louis fuq ir-rispons li jtuwhom dawk li jkunu qed jirċievu l-għajnuna.

Huwa qasam magħna esperjenza, fejn social worker li għal snin sħaħ ħadmet magħhom fil-Peru, ħassitha wisq emozzjonata bl-għajnuna tal-Maltin.

Qaltli għax ma nistax nifhem kif il-Maltin huma daqshekk ġenerużi. Speċi dawn il-kaxxi kollha li qed inqasmu aħna, ħwejjeġ u dak kollu li kellhom bżonn, dawn qed ituwhomlhom nies li ma jafux allura kif tista’ ma temozzjonax ruħek meta tgħid jien xi ħadd qed jgħini mill-bogħod? Ma jafnix imma xorta ta’ kas il-ħajja tieghi. Ta’ kas li jien inkun aħjar allura jiena naħseb li jekk social worker bħal din speci emozzjonat ruħha quddiem din id-drama ta’ faqar imma fl-istess ħin li mhux kulħadd aljenat, hemm xi ħadd qed jagħti kas.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend