Dalli b’ħatra marbuta mal-isfida immigrazzjoni – One News

Notifiki

Dalli b’ħatra marbuta mal-isfida immigrazzjoni

Il-Membru Parlamentari Laburista Miriam Dalli nħatret bħala rapporteur fil-Parlament Ewropew sabiex taħdem fuq ir-regolament li se jwaqqaf il-Fond għall-Ażilju u l-Migrazzjoni.

an il-Fond huwa strument li se jiffinanzja l-oqsma importanti tal-ażilju u l-migrazzjoni bejn il-perjodu 2021-2027 u għandu l-għan li jikkumplimenta l-ħidma tal-Istati Membri fl-oqsma tal-ażilju, il-migrazjoni legali u l-fruntieri esterni kif ukoll fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u r-ritorn.

Bħala reazzjoni għall-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom l-Istati Membri u biex l-influssi ta’ immigrazzjoni jiġu kkontrollati b’mod effettiv, il-Kummissjoni Ewropea rduppjat il-fondi allokati għall-10.4 biljuni. Din iż-żieda proposta, meta kkumparata mal-baġit addottat fl-2014, tirrifletti l-ħtieġa ta’ fondi sostanzjali matul is-snin għall-politika tal-migrazzjoni.

Miriam Dalli bħala rapporteur trid tassigura li l-allokazzjoni tal-fondi ssaħħaħ is-solidarjetà fost l-Istati Membri, ikun hemm ritorn b’dinjità u tippreżenta metodu prattiku ta’ kif tingħata protezzjoni internazzjonali.

“Hekk kif huma l-aktar affettwati bil-wasliet tal-immigranti, miżuri b’saħħithom u effettivi huma meħtieġa għall-Istati Membri fil-periferija tal-UE,” qalet l-MEP Dalli b’reazzjoni għall-ħatra tagħha.

Dalli saħqet li l-allokazzjoni ta’ fondi għandha tkun flessibbli kemm jista’ jkun biex tiggarantixxi li jissodisfaw il-bżonnijiet tal-Istati Membri, li jvarjaw madwar l-UE. Qalet li “l-applikazzjoni ta’ fondi għandha tibqa’ relevanti għal dak li jkun qed iseħħ,” u żiedet li jrid jintlaħaq bilanċ bejn l-għanijiet differenti li għandu dan il-fond.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend