Libjan bi ġrieħi gravi wara argument f'Tas-Sliema | One News

Notifiki

Libjan bi ġrieħi gravi wara argument f’Tas-Sliema

Libjan sofra ġrieħi gravi wara li allegatament ġie aggredit minn persuna oħra waqt li kien qiegħed fi Triq il-Knisja, San Ġiljan. Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda, ftit qabel it-tlieta ta’ filgħodu meta l-Pulizija rċeviet rapport ġewwa l-Għassa ta’ San Ġiljan.

Minn investigazzjoni preliminari li saret, irriżulta li għal xi raġuni, ir-raġel ta’ 35 sena kien involut f’argument ma’ raġel ieħor, fejn sofra xi ġrieħi kawża ta’ diversi daqqiet li qala’. Jidher li l-vittma ngħata l-assistenza minn xi persuni li kienu fl-akkwati, filwaqt li l-allegat aggressur ħarab minn fuq il- post. Il-Libjan ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend