ARA: Ix-xogħlijiet fi ġnien Duminku Mintoff f'Raħal Ġdid | One News

Notifiki

ARA: Ix-xogħlijiet fi ġnien Duminku Mintoff f’Raħal Ġdid

Miexu ġmielu x-xogħol fuq ġnien Duminku Mintoff f’Raħal Ġdid. Dan il-ġnien li permezz ta’ investiment dirett mill-Gvern sarlu rinovar estensiv se jkun qed iservi wkoll bħala rimedju għall-għarar fl-istess żona fejn l-ilma tax-xita mistenni jmur f’ġibjun mibni apposta li jesa’ mal-mitejn u ħamsin elf litru.

Il-ġnien li ilu mibni erbgħin sena, qed isirlu xogħol ta’ tisbieħ li jinkludi bankijiet u fanali ġodda bil-għan li jindirizza nuqqasijiet tal-passat u jonqsu l-abbużi li kien qed ikun hemm bil-lejl. 

Fost l-attrazzjonijiet ewlenin se jkun hemm vaska bl-ilma naturali u ġonna b’xita ta’ fjuri kkuluriti. Dan il-ġnien jaħseb ukoll għal żona rikreattiva għat-tfal; fejn minbarra numru ta’ tagħmir kreattiv, se jkun hemm ukoll karatteristika interattiva bl-ilma għat-tfal.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend