Illum mistenni jasal l-SMS bir-riżultati tal-O u l-A-Levels – One News

Notifiki

Illum mistenni jasal l-SMS bir-riżultati tal-O u l-A-Levels

Illum mistenni jasal l-SMS bir-riżultati tal-O u l-A Levels li żgur mhux forsi bosta studenti qed jsitennew fuq ix-xwiek.

Propju ftit tas-sigħat oħra eluf ta’ studenti f’livell tas-SEC u/jew tal-Matrikola se jirċievu r-riżultati tagħhom. Riżultati għall-eżamijiet li saru fix-xhur li għaddew.

L-istudenti l-ewwel se jirċievu r-riżultati b’SMS li mistenni jasal illum biex b’hekk mill-jum ta’ wara jibdew jirċevuhom bil-posta.

Huma bosta studenti li kitbu fuq il-midja soċjali kif qed jistennew bil-ħerqa r-riżultati b’uħud isostnu li matul il-lejl m’għalqux għand m’għajn bl-eċitament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend