Cohen u Gatt Baldacchino jġeddu l-kuntratt ma' Gżira United | One News

Notifiki

Cohen u Gatt Baldacchino jġeddu l-kuntratt ma’ Gżira United

Il-midfielder offensiv Andrew Cohen kif ukoll id-difensur Clifford Gatt Baldacchino ġeddew il-kuntratt ma’ Gżira United.

L-ex Hibernians Cohen iffirma kuntratt ta’ sena oħra mal-maroons filwaqt li l-ex Sliema Wanderers Clifford Gatt Baldacchino ffirma estensjoni ta’ tlett snin oħra.

Dawn iż-żewġ plejers kienu fundamentali għat-tim imexxi minn Darren Abdilla matul l-istaġun li għadda u jidher li kemm it-tmexxija tat-tim kif ukoll l-amministrazzjoni mmexxija mill-President Sharlon Pace urew ix-xewqa li dawn il-plejers jibqgħu mat-tim Gzirjan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend