Chelsea jkeċċu lil Conte | One News

Notifiki

Chelsea jkeċċu lil Conte

Il-midja Taljana qed tirrapporta li Antonio Conte tkeċċa minn manager ta’ Chelsea meta kien fadallu sena fuq il-kuntratt. Ix-xnihat li Conte ma kienx ser jibqa’ jmexxi lit-tim minn Londra ilhom għaddejjin iżda issa jidher li t-tmexxija ta’ Chelsea waslet għal deċiżjoni finali.

Conte irnexxilu jirbaħ l-kampjonat fl-ewwel sena tiegħu ma’ Chelsea iżda irnexxilu jwassal lil Chelsea sal-ħames post matul l-istaġun li għadda.

Is-suċċessur tal-eks kowċ tat-tim nazzjonali Taljan u ta’ Juventus mistenni li jkun it-Taljan l-ieħor Maurizio Sarri li fi tmiem l-istaġun li għadda ħalla lil Napoli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend