Sena mid-dħul tal-liġi taż-żwieġ indaqs : 19-il Unjoni Ċivili jinbidlu fi żwieġ | One News

Notifiki

Sena mid-dħul tal-liġi taż-żwieġ indaqs : 19-il Unjoni Ċivili jinbidlu fi żwieġ

It-tnax ta’ Lulju elfejn u tmintax immarka sena mindu għaddiet mill-Parlament il-liġi storika taż-żwieġ indaqs. Liġi li biha, unjoni ċivili setgħet tinbidel fi żwieġ.

Fil-fatt, minn statistika li kiseb One News mingħand id-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem u Integrazzjoni, jirriżulta li sal-aħħar ta’ Mejju li għadda, minn mitejn u tlett unjoni ċivili rreġistrati fil-gżejjer Maltin, dsatax inbidlu fi żwieġ.

Dan filwaqt li kien hemm għaxar żwiġijiet li seħħew barra minn xtutna u ġew irreġistrati wkoll f’pajjiżna.

Id-Direttur tad-Drittijiet tal-Bniedem u Integrazzjoni Silvan Agius,  spjega kif permezz tal-liġi li għaddiet sena ilu, ir-Reġistru Pubbliku m’għadux jagħmel distinzjoni bejn koppji u għalhekk m’hemmx statistika ta’ kemm minnhom huma tal-istess sess.

“DIL LIGI NEHHIET ID DISTINZJONIJIET LI KIEN HEMM QABEL BEJN RAGEL U MARA FIZ ZWIEG U ALLURA WKOLL BEJN FOROM DIFFERENTI TA KOPPJI. ILLUM KOPPJA TAL ISTESS SESS U TA SESS DIFFERENTI GHANDHA L ISTESS STATUS QUDDIEM IL LIGI U ALLURA MA HEMM EBDA DISTINZJONI BEJNIETHOM DAWN IL FOROM TA KOPPJI”

Il-liġi taż-żwieġ indaqs kompliet tibni fuq il-kisbiet li diġa kien għamel il-Gvern b’liġijiet oħra, bħal dik tal-Unjoni Ċivili, tal-identita tal-ġeneru u ta’ kontra l-prattiċi ta’ konverżjoni.

Bidliet li waslu biex il-komunita LGBTIQ illum il-ġurnata qed tgħix aktar fil-miftuħ, bla ħabi jew mistħija, u minflok, iċċelebrata bħala parti mid-diversita ta’ pajjiżna.

“DIL LIGI GABET BIDLIET IMMEDJATI GHAL DAWK IL KOPPJI KOLLHA LI INGHAQDU FIZ ZWEIG LI QABEL MA SETGHUX JAGHMLU DAN OVJAMENT, IMMA MAGHHOM NGHID JIEN GABET BIDLA WKOLL GHAL DAWK IL PERSUNI L OHRA KOLLHA LI SA D DHUL FIS SEHH TA DIL LIGI KIENU GHADHOM MA JISTGHUX JIZZEWGU U ALLURA LEGALMENT MA KINUX UGWALI GHAL MALTIN L OHRA, BILLI ISSA GABITHOM VERAMENT UGWALI LEGALMENT U ANKE SOCJALMENT”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend