Iweġġa' gravi wara li waqa' shutter fuqu | One News

Notifiki

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ shutter fuqu

Raġel ta’ 44 sena residenti l-Kalkara sofra ġrieħi serji wara li għal xi raġuni waqa’ shutter fuqu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart ta’ wara nofsinhar ġewwa fabbrika fil-limiti ta’ Għar Ħasan f’Birżebbuġa.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend