Inizjattiva biex 500 persuna jitgħallmu jsuqu r-rota | One News

Notifiki

Inizjattiva biex 500 persuna jitgħallmu jsuqu r-rota

Tnehdiet l-inizjattiva Bike Ability. Inizjattiva li se toffri taħriġ ta’ kif isuqu r-rota lil ħames mitt persuna.

Next Bike u Stars Group ħabbru li persuni-il fuq minn sittax-il jistgħu japplikaw sabiex jiksbu dan it-taħriġ b’xejn. Apparti minhekk, Next Bike se tipprovdi l-ilbies prottetivi li dawk li se jitħarġu. Kull min huwa interess jista japplika fuq is-sit nextbike.com.mt.

Prezentament, Next Bike għandhom sittin stazzjon f’Malta, min fejn wieħed jistgħa jikri r-rota.

Il-Ministru għat-trasport Ian Borg faħħar din l-inizjattiva li tħajjar lill-pubbliku juza mezz ieħor biex jivvaġja minn post għall-ieħor. Zied li l-proġetti infrastrutturali li qegħdin jiġu iddisinjati f’pajjizna, qegħdin jaraw li s-sewwieqa tar-roti ikollhom spazju minn fejn ikunu jistgħu jivvjaġġaw.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend