AĠĠORNAT: Fis-seduta li jmiss mistenni jixhed il-Pulizija Simon Schembri – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Fis-seduta li jmiss mistenni jixhed il-Pulizija Simon Schembri

10:08: Il-Maġistrat Mifsud qal kif dalgħodu kważi nstemgħet ix-xhieda kollha b’ rabta mall-attentat ta’ qtil tal-Kunstistabbli Schembri, u hemm biżejjed provi sabiex Debono jitqiegħed taħt att ta’ akkuża.

Il-Kumpilazzjoni se titkompla nhar it-23 ta’ Awwissu fejn mistenni jixhed il-Pulizija Simon Schembri.

10:07: Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Fabian Fleri qalet li l-mobile tal-imputat li minnu kellu joħroġ id-dettalji huwa Password Protected u għalhekk l-espert tal-Qorti Keith Cutajar għandu bżonn il-‘Password’ mingħand l-Imputat. Madankollu d-difiża għan-nom tal-imputat oġezzjonat.

Il-Qorti qalet li tifhem l-argumenti tad-difiża, imma se tagħti l-poteri kollha lill-Espert tal-Qorti sabiex eventwalment jekk jista’ jiftaħ il-mobile mingħajr il-koperazzjoni tal-imputtat.

Il-Qorti ordnat ukoll divjett fuq isem il-minuri li xhedet fis-seduta ta’ dalgħodu.

10:01: Hija qalet li ċemplet lill-Pulizija fuq in-numru 112 hawnhekk instemgħet it-telefonata fil-Qorti li kienet waħda mimlija biki u li fiha t-tifla nstemgħet tgħid ‘Għadhom kif QATLU Pulizija’. Għall-mistoqsija tal-prosekuzzjoni jekk fil-karozza kienx hemm xi ħadd ieħor hija qalet li ma rat il-ħadd iżjed.

9:57: Hija qalet li biex toħroġ dejjem tuża l-venda tal-linja ħdejn il-LIDL ta’ Ħal Luqa. Qalet li dak in-nhar tal-15 ta’ Mejju kienet ilha tistenna fuq hemmhekk. Irrakontat kif quddiema waqaf mutur tal-Pulizija, u niżel uffiċjal minn fuqu biex ikellem persuna li kienet għaddejja bil-karozza. Il-Karozza Mercedes ta’ lewn ‘Gold’ waqfet wara li waqaf il-mutur. Kompliet tgħid kif il-karozza waqfet metru l-bogħod mill-Kuntistabbli Schembri, sostniet li x-xufier kien fuq in-naħa tax-xellug tal-karozza. Kien f’dan il-ħin li l-Pulizija ressaq lejn il-karozza u talab lix-xufier għall-ID Card, fejn ix-xufier irrifjuta li jtih l-ID Card, il-Kuntistabbli Schembri imbagħad resaq lejn il-mutur, u x-xufier imbagħad saq għal ftit, bi Schembri jerġa jwaqqfu billi għola jdejh. Hawnhekk il-Karozza Mercedes kompliet issuq bil-mod imbagħad ziedet il-velocita. Eżattament x’ hin bdiet issuq il-Pulizija nqelleb fuq il-bonnet, u x’ ħin ġarret b’ velocita l-pulizjia waqa mal-art b’rasu tispiċċa ħdejn it-tyre ta’ quddiem u beda jitkaxkar taħt il-karozza.

9:49: Fi ftit minuti oħra ser tibda tixhed ukoll il-minuri li nhar il-15 ta’ Mejju rat il-każ issir quddiema. Din mhux ser tkun fiżikament prezenti fl-awla iżda ser tixhed permezz ta’ ‘Video Conference’.

9:30: L-ewwel xhud dalgħodu kien s-Sur Stephen Cachia li ppreżenta dokumentazzjoni dwar il-karozza Ford Escort li kienet ġiet ‘scrapped’ u li n-numri tar-reġistrazzjoni tagħha ntużaw fuq il-Mercedes li permezz tagħha Liam Debono tajjar lill-Kuntistabbli Simon Schembri.

Huwa ppreżenta dokumentazzjoni wkoll dwar il-karozza Mercedes li ntużat fl-attentat ta’ qtil tal-Kuntistabbli Simon Schembri. Id-Dokumentazzjoni ppreżentata turi li din il-karozza hija ‘Right Hand Drive’ madankollu fil-verità din il-karozza hija ‘Left Hand Drive’.

Aktar Qabel: Dalgħodu ser tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Liam Debono magħruf bħala l-Lillu li qed jiġi akkużat bl-attentat ta’ qtil tal-Kuntistabbli Simon Schembri.

Il-Kumpilazzjoni se tkompli quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud filwaqt li l-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Fabian Fleri, Pierguido Saliba u Chantelle Casha.

Fis-seduta tal-lum mistennija jkunu xhedu x-xhieda kollha.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend