Tingħata l-liċenzja ta' Istitut ta' Edukazzjoni Ogħla | One News

Notifiki

Tingħata l-liċenzja ta’ Istitut ta’ Edukazzjoni Ogħla

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla approvat mudell ta’ studju innovattiv fil-qasam tal-mediċina li se joffri l-opportunità li studenti żgħażagħ biex jilħqu t-tobba.

F’ċerimonja li matula l-awtoritajiet Maltin taw il-liċenzja lill-kumpanija Digital Education Holdings bħala Istitut ta’ edukazzjoni ogħla, tħabbar li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla akkreditat ukoll il-Baċellarat tal-Mediċina li se jibda jiġi offrut online min-Novembru li ġej.

Ic-Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Jeffrey Pullicino Orlando spjega ma’ ONE NEWS il-kunċett wara dan il-kors mediċinali innovattiv.

Matul iċ-ċerimonja ġiet spjegat li l-Helios Medical, wieħed mill-akbar sptarijiet li joffri kura lill-pazjenti li jgħixu fl-isptar waqt li jiġu kkurati u oħrajn li ma jieħdux kura fl-isptar, se jipprovdu l-isptarijiet tagħhom b’mod partikolari fil-Ġermanja sabiex l-istudenti li jixtiequ jilħqu tobba, jistgħu jipprattikaw il-mediċina fl-isptarijiet tagħha.

Il-kors għandu total ta’ ħamest elef u ħames mitt siegħa ta’ edukazzjoni teoretika flimkien ma’ taħriġ kliniku prattiku.

Dr Pullicino Orlanda qal li dan il-programm, Malta qed tixprun l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo li kien preżenti għaċ-ċerimoja li matulha ngħatat uffiċjalment il-liċenzja, qal li t-tagħlim diġitali jagħmel kontribuzzjoni importanti għat-twessigħ tat-taħriġ u l-edukazzjoni medika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend