“Ħu ħsieb l-alleati tiegħek”- Tusk lil Trump – One News

Notifiki

“Ħu ħsieb l-alleati tiegħek”- Tusk lil Trump

Il-President Amerikan Donald Trump mistenni jiltaqa’ ma’ mexxejja tan-NATO għal Summit fi Brussell fil-jiem li ġejjin, minkejja li fl-aħħar jiem ħareġ jattakka l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u l-mexxejja tan-NATO, minħabba li, fil-fehema tiegħu, ma nefqux biżżejjed flus fid-difiża tal-pajjiżi.

Il-Presdient tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk irribatta l-attakki ta’ Trump, u fi tweet wissa li l-President Amerikan għandu  japprezza l-alleati tiegħu.

 

 

Fl-istess tweet il-President tal-Kunsill Ewropew giddeb lil Trump, u tenna li l-Unjoni Ewroepa nefqet fondi sostanzjali fid-difiża tal-pajjiżi, saħansitra iktar mir-Russja.

 

Skont Tusk, l-Istati Uniti ma jistax ikollhom alleat aħjar mill-Unjoni Ewropea, u fakkar lill-president Amerikan li kienu truppi Ewropej li ġġieldu u mietu fl-Afganistan wara l-attakki ta’ Settembru 2001.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend