Ħaddiem ta’ 29 sena indarab gravi wara li waqa’ madwar sular u nofs għoli f’fabbrika fil-Mosta.
L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tad-disgħa u għoxrin fi Triq id-Durumblat, il-Mosta.
Il-Pulizija tad-Distrett marru min nufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 29 sena, residenti l-Imtarfa, kien qiegħed jagħmel xi xogħol fuq bejt ta’ fabbrika, meta dan għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar sular.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija d war dan il-każ għadhom għaddejjin.