BIL-FILMAT: Real Madrid jirringrazzjaw lil Cristiano Ronaldo | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Real Madrid jirringrazzjaw lil Cristiano Ronaldo

Cristiano Ronaldo. Plejer tal-futbol meqjus bħala wieħed mill-aqwa taż-żmien tal-lum u li żgur mhux forsi anke jekk ma tkunx fanatiku tal-futbol taf min hu. 

Wara jiem ta’ għidut kien proprju lbieraħ li Real Madrid ikkonfermaw uffiċjalment li Cristiano Ronaldo ħalla l-klabb biex jingħaqad maċ-Champions Taljani Juventus. 

Fi stqarrija, Real Madrid qalu li li qed jaċċettaw ix-xewqa ta’ Ronaldo li jtemm l-avventura fil-kapitali Spanjola wara disa’ snin ta’ suċċessi wieħed wara l-ieħor.

F’filmat huma għaqdu fost l-aqwa mumenti ta’ Ronaldo li kellu ma’ Real Madrid b’messaġġ qasir ta’ grazzi.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend