Anzjani pensjonanti mill-Awstralja eżentati milli jħallsu taxxa addizzjonali | One News

Notifiki

Anzjani pensjonanti mill-Awstralja eżentati milli jħallsu taxxa addizzjonali

Kif diġà ħabbar il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, il-Kummissarju tat-Taxxi ser ikun qed jeżenta lill-pensjonanti li għandhom pensjoni tal-Awstralja milli jħallsu taxxa addizzjonali u interessi dovuti u jħallsu biss €20 ta’ darba bħala multa.

Għaldaqstant, dawk il-pensjonanti li diġà ħalsu l-multa se jirċievu ċekk ta’ rifużjoni (refund) bil-posta jew dirett fil-kont bankarju tagħhom.

Dawk il-pensjonanti li diġà bagħtu l-formola ser ikollhom il-kont aġġustat u se jingħataw sa sena ċans biex iħallsu t-taxxa dovuta billi jagħmlu ftehim mad-Dipartiment tat-Taxxi.

Dawk il-pensjonanti li għadhom ma mlewx il-formola tat-taxxa ser ikunu qed jirċievu kopji bil-posta.  Huma ser ikunu qed jingħataw xahrejn żmien biex jimlew il-formola tat-taxxa għal kull sena li ma ddikkjarawx id-dħul.

Kull min jkollu xi diffikultà jew irid aktar għajnuna għandu jċempel lill-Uffiċċju tal-Customer Care fuq in-numru 153 jew billi jirrikorri personalment fl-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi, Block 4, il-Furjana.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend