Strabiżmu – One News

Strabiżmu

Strabiżmu hija dik is-sitwazzjoni tal-għajnejn li flok iħarsu paralleli għal xulxin,  ikunu daru u jħarsu u jiffukaw fuq punt wieħed.  U hekk qed jigri lill-ġurnalisti u taparsi politikanti li għandna mas-saqajn.   Għax sirna qisna team tal-futbol.  Biex nilgħabu l-logħba tal-politika f’Malta,  iridu jġibu dejjem il-players minn barra,  ħalli jilgħabu l-logħba tagħhom.

L-anqas jafu kemm ifallilhom.  Il-Maltin u l-Għawdxin dejjem aktar qed jitgħallmu li jagħmlu dak li jaqbel lilhom. U jista’ jkun hemm min jikteb u jgħid kontra Malta,  għax il-Maltin ikejlu bix-xiber tagħhom u mhux bix-xiber ta’ ħaddieħor.  Spiċċa ż-żmien li kulħadd ibaxxi rasu għax jitkellem xi Taljan, Ingliż, Ġermaniż jew xi ġurnalist minn kull rokna tal-Ewropa.  Il-Maltin jafu jiżnu.

Pero, dan ma jneħħix il-fatt li hawn strabiżmu qawwi f’ċertu settur tal-ġurnalizmu,  fosthom u mhux l-inqas, u addio t-tradizzjonijiet nobbli li kellha, t-Times of Malta.

Ġabu artiklu fuq il-firma ta’ Denise Grech li jgħid li l-Kummissarju għad-Drittijiet Umani fi Strasbourg inkwetat minħabba l-pożizzjoni tal-gvern Malti fuq il-kwistjonijiet tal-immigranti jew rifugjati eċċ eċċ. Jien bħas-soltu ma ridtx nemmen li din infexxet fuq Malta. L-ewwel nett kien hemm xi frażijiet li juru li hi tkellmet il-pajjiżi kollha tal-Ewropa, u l-ġurnalista konvenjentement, u għax twerċet politikament (dak ifisser strabiżmu- titwerreċ) qrajt kollox li kienet qed tgħid għal Malta.

Fil-fatt mhux hekk.  Jien tħalt fuq il-website tal-Kunsill tal-Ewropa u rajt x’qalet. Il-Kummissarju għamlet stqarrija lill-istampa u qagħdet attenta li ma ssemmi l-ebda pajjiż. Din mhix fidila.  Jekk kellha ssemmi lil xi ħadd, se jkollha ssemmi l-gvern Taljan,  li saħansitra il-Ministru tal-Forzi Armati bid-dikjarar qalet li ma taqbilx mal-Ministru tal-Intern,  cioe` Matteo Salvini.  Biex ħadet il-post li għandha kellhom jivvutaw il-membri rappreżentanti l-pajjiżi tal-Kunsill tal-Ewropa.  Mhux se ddardar l-għajn li trid tixrob minnha.

Allura dak li qalet huma paroli fuq paroli u jgħodd għal kulħadd u għal kull pajjiż.

Il-ħsara hija li l-ġurnalista tat-Times qrajtu qisu miktub bil-Malti ghall-Maltin. Aktar jien ukoll,  intlift fuq ħanqa ta’ ħmar,  jew ħmara!

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend