AĠĠORNAT: Cristiano Ronaldo jingħaqad ma' Juventus | One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Cristiano Ronaldo jingħaqad ma’ Juventus

Real Madrid ikkonfermaw uffiċjalment li Cristiano Ronaldo ħalla l-klabb biex jingħaqad maċ-Ċampjins Taljani Juventus. 

Fi stqarrija, Real Madrid qalu li li qed jaċċettaw ix-xewqa ta’ Ronaldo li jtemm l-avventura fil-kapitali Spanjola wara 9 snin ta’ suċċessi wieħed wara l-ieħor. Huma esprimew il-gratitudni lejn l-aqwa plejer tad-dinja u li Real Madrid tibqa’ dejjem id-dar tiegħu.

Rapporti jgħidu li s-somma ta’ dan it-transfer tlaħħaq il-£105m.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend