L-MDA bi ftehim dwar l-użu ta’ barrieri għar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni – One News

Notifiki

L-MDA bi ftehim dwar l-użu ta’ barrieri għar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni

L-Assoċjażżjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) laħqet ftehim ma’ diversi sidien ta’ barrieri biex dawn jilqgħu skart tal-kostruzzjoni.

Fi stqarrija l-MDA qalet li dan hu riżultat tal-isforzi minnha biex tinstab soluzzjoni temporanja għal din il-problema mingħajr ma jiżdiedu it-tariffi applikabbli. L-MDA kompliet tgħid li hija konxja li żieda fit-tariffi twassal għal żieda fl-ispiża tal-kostruzzjoni. Fi kliem l-MDA, din hi xi ħaġa li trid tiġi evitata.

L-MDA temmet tgħid li tifhem li din hi biss soluzzjoni temporanja. Fid-dawl ta’ dan, l-MDA hija kommessa li tikkopera mal-awtoritajiet b’konsultazzjoni mas-sidien tal-barrieri u partijiet oħra biex tinstab soluzzjoni permanenti lejn din il-problema li l-industrija tal-kostruzzjoni ilha taffaċja għal żmien twil.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend