Iżjed minn 200 esebitur bl-aħħar preparamenti qabel il-Fiera l-Kbira f'Montekristo | One News

Notifiki

Iżjed minn 200 esebitur bl-aħħar preparamenti qabel il-Fiera l-Kbira f’Montekristo

FIERA KBIRA

Aktar minn mitejn esebitur se jieħdu sehem fil-ħames edizzjoni tal-Fiera l-Kbira li se tibda l-Ħamis li ġej f’Montekristo Estates f’Ħal Farruġ.

F’konferenza tal-aħbarijiet, l-organizzaturi qalu li dan il-proġett kellu rispons pożittiv minn ħanfa esebituri li komplew juru x-xewqa li jieħdu sehem f’din il-fiera li jżuruha mal-mitt elf ruħ.

Paul Abela, wieħed mill-organizzaturi qal ma’ ONE News li l-fiera se jkollha erba’ żoni ta’ rikreazzjoni għat-tfal, għexieren ta’ ristoranti li se joffru ikel differenti, u mijiet ta’ offerti speċjali mill-esebituri.

Għal ewwel darba din is-sena se jkun hemm attrazzjoni ġdida wara l-bibien ta’ Montekristo. Dan hekk kif se tinfetaħ għall-ewwel darba għall-pubbliku birrerija ġdida.

Il-Fiera l-Kbira se tinfetaħ uffiċjalment mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne l-Ħamis li ġej u tibqa’ miftuħa sat-tnejn u għoxrin ta’ Lulju bejn is-sitta u nofs u l-ħdax u nofs.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend