Twaqqafx il-Valsartan jekk m'għandekx alternattiva | One News

Notifiki

Twaqqafx il-Valsartan jekk m’għandekx alternattiva

 

Il-pazjenti li jieħdu l-mediċina Valsartan għandhom ikomplu jieħduha, f’każ li m’għandhomx trattatament alternattiv.

Il-valsartan hi mediċina li tintuża biex tiġi kkontrollata l-pressjoni għolja u għall-kundizzjoni tal-qalb u li f’pajjiżna hawn mas-sebgħa u għoxrin elf persuna li jieħduha hekk kif ikkonfermat minn ċifri tal-ispiżerija għall-għażla tiegħek.

Fl-aħħar jiem, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) avżat li nstabet potenzjalment impurità mhux mistennija fl-ingredjent attiv immanifatturat fiċ-Ċina.

MEDIĊINI BIL-VALSARTAN
ASBIMA 10 MG/160MG
ASBIMA 5MG/160MG
ASBIMA 5MG/80MG
VALSARTAN ZENTIVA 160MG
VALSARTAN ZENTIVA 80MG
VALSOTENS 320MG
VALSOTENS 160MG
VALSOTENS 40MG
VALSOTENS 80MG
VAPRESS 160MG
VAPRESS 80MG

One News tkellem mas-supretendent tas-saħħa pubblika, Dr Charmaine Gauci li fissret kif kien il-Ġimgħa li għadda li Malta saret taf b’din is-sitwazzjoni u li dwarha minnufih kienu infurmati t-tobba u l-ispiżjara kollha.

Hija sostniet li f’każ li l-pazjenti jwaqqfu dan it-trattament jistgħu jikkawżaw problemi serji f’saħħithom.

 

“Aħna qeghdin nahdmu biex inkunu nistghu naraw xi nsibu prodotti alternattivi pero’ huwa importanti li dawk in-nies li qeghdin jiehdu dawn il-medicini mghandhomx jieqfu jiehdu dawn il-medicini immedjatament ghaliex? dawn il-medicini qeghdin hemmhekk biex jikontrollaw il-pressjoni u jekk twaqqafhom ghandek konsegwenzi li jista’ jkollok puplisija jew inkella attakki tal-mard tal-qalb”

Hija kellha wkoll dan l-appell xi twassal għal dawk il-pazjenti li jieħdu din il-mediċina mill-Ispiżerija tal-għażla tiegħek:

 

“Għal dawk in-nies li qeghdin fuq sistema tal-POYC, ahna gharrafna lit-tabib tal-familja liema huma dawk il-mediċini li hu jista’ jikteb minflok il-Valsartan biex hekk il-poplu jkun jista’ jibqa jinqeda mis-sistema tal-POYC”

Intant, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bdew bil-proċess biex jinġiebu f’Malta mediċini tal-valsatran minn kumpaniji oħra u mhux milquta bl-impurita. Fl-istess qalu li se jkomplu jsegwu l-informazzjoni li qed tingħata minn ħin għall-ieħor u se jżommu lill-pubbliku aġġornat.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend