Ġid li qed jasal għand kulħadd – One News

Notifiki

Ġid li qed jasal għand kulħadd

Ħafna mill-aħbarijiet li nisimgħu, jintesew mil-lum għal għada.  Imma dan ma jgħoddx għal kulħadd.  Għax ikun hawn min li ċerti aħbarijiet jagħmlulu differenza kbira f’ħajtu. Eżempji nista’ nagħti bil-bosta, imma se nillimita ruħi għal dak li rajna jew smajna f’dawn l-aħħar ġimgħat.

 

L-ewwel eżempju:  Investiment ta’ tmien miljun ewro f’laboratorji ġodda fl-iskejjel sekondarji kollha ta’ Malta u Għawdex. Mhix ċajta.  Meta l-istudenti ta’ dawn l-iskejjel jerġgħu lura fil-ftuħ tas-sena skolastika li jmiss, se jsibu laboratorju ġdid. Permezz ta’ dawn il-laboratorji, l-istudenti se jkunu jistgħu iħejju ruħhom aħjar għall-ġejjieni tagħhom għax se jingħataw l-opportunità li jmissu b’idejhom dak li se tkun qied tistenna mingħandhom l-industrija. Se jħejju l-istudenti biex ikunu jistgħu jagħmlu l-aħjar għażla meta jiġu biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

 

It-tieni eżempju: Impjant ġdid tan-New Water f’Ras il-Ħobż, Għawdex.  Dan huwa t-tieni impjant wara li kien sar wieħed simili fil-Mellieħa li minnu qegħdin igawdu l-bdiewa tal-inħawi.  U mill-impjant ta’ Għawdex, se jgawdu l-bdiewa Għawdxin kollha għax l-ilma jintuża għat-tisqija tal-frott u l-ħaxix li issa jistgħu jitkabbru s-sena kollha

 

It-tielet eżempju:  Eżempju li wkoll  jolqot lill-Għawdxin. Ftuħ ta’ berġa ġdida fix-Xewkija.  Uffiċċju ġdid tal-Pharmacy of Your Choice.  Miexi x-xogħol fuq ċentru tas-saħħa ġdid fir-Rabat. Ma nahsibx li għandi għalfejn nispjega kif se jgawdu l-Għawdxin kollha minn dawn il-proġetti.

 

Ir-raba’ eċempju: Ftehim bejn il-Gvern u għaqdiet volontarji tal-Knisja, għaqdiet li joffru għajnuna lil numru ta’ nies vulnerabbli. Dawn l-għaqdiet ingħataw eluf ta’ ewro biex ikunu jistgħu jkomplu bil-ħidma siewja li qegħdin iwettqu.

 

Nista’ nibqa’ nġib eżempju wara ieħor.

Imbagħad jiġi Adrian Delia u jistaqsi min qed igawdi mill-ġid li qed jinħoloq fil-pajjiż! Dawn kollha huma eżempji li juru li l-ġid qiegħed jitqassam fost kulħadd.

Ta’ QabelLi Jmiss
Felix Agius twieled fil-21 ta’ Marzu, 1948. Studja fl-Iskola Primarja ta’ Ħaż-Żabbar, imbagħad kompla l-edukazzjoni sekondarja u terzjarja fil-Liċeo tal-Ħamrun. Aktar tard kiseb diploma fil-Ġurnalizmu mill-International Institute of Journalism ta’ Berlin. Agius beda l-karriera fil-ġurnalizmu madwar 50 sena ilu, meta ngħaqad mal-ġurnal tal-Partit Laburista ‘Iż-Żmien’ li kien jinħadem u jkun stampat fil-Freedom Press. Wara huwa ingħaqad mal-Union Press bħala sub-editor mal-ġurnal bl-Ingliż ‘Malta News’. Għamel xi żmien fid-Dipartiment tal-iSports qabel fl-1981 inħatar editor tal-ġurnal ‘l-Orizzont’. Dam f’din il-kariga aktar minn 11-il sena, għax fis-sena 1993 huwa ingħaqad mal-gazzetta ‘KullĦadd’, (ukoll tal-Partit Laburista) bħala Editur Eżekuttiv, liema kariga dam jokkupaha sakemm irtira mix-xogħol disa’ snin ilu.

Send this to a friend