Eżerċizzju ma' 2,000 student dwar "My Journey" | One News

Notifiki

Eżerċizzju ma’ 2,000 student dwar “My Journey”

Mis-sena skolastika li ġejja, l-istudenti kollha tat-tieni sena fl-iskejjel sekondarja tal-istat se jibdew jiġu preparati għas-sistema edukattiva “My Journey”, li se tidħol fis-seħħ fl-elfejn u d-dsatax.

“My Journey” se joffri opportunità lil studenti li jekk is-sistema akkademika ezistenti mhix daqsekk għal qalbhom, jingħataw l-opportunita li jitħarrġu f’suġġetti vokazzjonali u applikati.

Dorianne Gravina Uffiċċjal Edukattiv, fissret kif mal-bidu tas-sena skolastika li ġejja se jibdew jiltaqgħu b’mod individwali mal-istudenti u l-ġenituri tagħhom. Ezerċizzju li se jsir fost elfejn student tal-Form 2 li jinsabu f’għaxar kulleġġi tal-iskejjel tal-stat.

Filwaqt li se jkun qiegħed jitnieda sit elettroniku ta’ għajnuna għall-istudenti.

 “Min-naħa tagħna nitkellem f’isem gwida għal karrieri, se jingħataw l-opportunita jagħzlu toroq differenti skond l-ħiliet tagħhom.”

Għaldaqstant, l-istudenti se jingħataw għajnuna professjonali dwar x’suġġetti se jagħzlu permezz tal-“My Journey”. Suġġetti vokazzjonali u akkademiċi li se jibdew jitħarrġu dwarhom meta jkunu fit-tielet sena tal-iskola sekondarja.

Dorianne Gravina spjegat is-suġġetti li se jiġu offruti.

Apparti s-suġġetti baziċi li huma obbligatorji, l-istudenti jistgħu jsegwu suġġetti akkademiċi bħal kimika,  bijoloġija, home economics u storja.

Filwaqt li fost is-suġġetti vokazzjonali u applikati hemm Media, is-settur tal-bejgħ, oqsm ta’ sbuħija u tessuti u moda.

Suġġetti li permezz tagħhom l-istudenti jistgħu jilħqu l-potenzjali tagħhom b’mod aħjar.

Dan kollu se jwassal biex l-istudenti jagħmlu b’suċċess l-ezamijiet tas-SEC.

“Int tifhem li d-dinja tax-xogħol hija waħda kkumplikata. Hawn postijiet tax-xogħol jitolbu nies skilled ħafna. Bħal IT, gaming u dawn l-istudenti huma l-futur.”

 Intant, se ssir attività għall-istudenti li spiċċaw l-iskola sekondarja. Fil-wieħed u għoxrin u tmienja u għoxrin tal-Lulju fil-lukanda Phoenicia – l-istudenti se jingħataw tagħrif dwar suġġetti li jistgħu jagħzlu fil-kulleġġi post-sekondarja.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend