126 ruħ mejta fil-Ġappun wara x-xita qawwija | One News

Notifiki

126 ruħ mejta fil-Ġappun wara x-xita qawwija

Minn tal-inqas 126 persuna mietu f’għargħar u ċaqlieq tal-art li kienu kkawżati minn xita qawwija fil-Punent tal-Ġappun.

Din hija l-għola ċifra qatt irreġistrata fil-Ġappun ta’ mwiet ikkawżati minn xita fi tlett deċenji.

Ħaddiema tas-salvataġġ qed iħaffru qalb it-tajn u t-tifrik f’ġirja kontra l-ħin biex isibu nies li setghħu salvaw, hekk kif għexieren għadhom neqsin.

Madwar żewġ miljun persuna ġew evakwati mir-reġjun wara li nfaqgħu l-ġnub tax-xmajjar.

Il-Prim Ministru Shinzo Abe ħassar vjaġġ li kellu ppjanat sabiex jieħu kontroll tal-kriżi tal-għargħar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend