L-ITS jimxi għall-post il-ġdid tiegħu f'Ħal Luqa | One News

Notifiki

L-ITS jimxi għall-post il-ġdid tiegħu f’Ħal Luqa

L-Istitut ghall-Istudji Turistiċi jħabbar iċ-ċaqliq lejn il-kampus il-ġdid tiegħu f’Park tal-Avjazzjoni, Vjal l-Avjazzjoni, Ħal Luqa, LQA 9023. In-numri tat-telefon u l-indirizzi tal-email ser jibqgħu l-istess.Il-kampus il-ġdid jiflah sa elf student, meta mqabbel mas-750 student li l-kampus ta’ qabel f’San Ġiljan u Pembroke setghu jilqaw f’daqqa. Il-kampus il-ġdid huwa kważi doppju fid-daqs u se jkun hemm aktar klassijiet, b’hafna minnhom speċifikati għas-suġġetti differenti offruti, żewġt ikċejjen godda u aktar uffiċċji kemm għall-akkademiċi kif ukoll għall-persunal amministrattiv.

Il-viżjoni tal-Gvern għall-Istitut huwa li jiżviluppa istituzzjoni edukattiva internazzjonali fil-qasam tal-istudji tal-ospitalità u tat-turiżmu. L-Istitut għandu l-għan li jżid il-proporzjon attwali ta’ studenti internazzjonali li qed jistudjaw, li eventwalment iwasslu biex l-Istitut ikun istituzzjoni edukattiva awto-suffiċjenti u ċentru ta’ fama internazzjonali fl-istudji tal-ospitalità u turiżmu fil-qalba tal-Mediterran.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend