Tewmin Maltin jikkwalifikaw għas-Semi Finali f'kampjonat atletiku fl-Ungerija | One News

Notifiki

Tewmin Maltin jikkwalifikaw għas-Semi Finali f’kampjonat atletiku fl-Ungerija

It-Tewmin Omar u Jacob El Aida impressjonaw lill-ġurija fi Gyor l-Ungerija tant li kkwalifikaw għas-Semifinali tal-Kampjonat Atletiku Ewropew ta’ taħt it-tmintax -il sena.

Fl-ewwel round Jacob El Aida kklassifika fir-raba’ post u kien meqjus bħala s-sittax -il persuna l-iktar veloċi minn tmienja u tletin persuna. Filwaqt li Omar El Aida kklassifika fit-tielet post u kklassifika fis-sbatax -il post fir-rigward ta’ overall time.

Fis-Semi Finali t-tewmin tejbu l-prestazzjoni tagħhom. Jacob kklassifika fil-ħames post b’ħin impressjonanti filwaqt li fi sfida oħra, Omar ukoll ikklassifika fil-ħames post iżda apparti dan, Omar irnexxielu jikseb l-aħjar riżultat ta’ kull żmien fl-isfida tal-mitejn metru fil-kategorija ta’ taħt it-tmintax -il sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend