60 vittma kawża ta' għargħar fil-Ġappun | One News

Notifiki

60 vittma kawża ta’ għargħar fil-Ġappun

Sittin persuna nqatlu wara wara għarar li ħakem iż-żoni tal-punent fil-Ġappun.

Għexieren oħra għadhom irrapurtati nieqsa filwaqt li mijiet ta’ djar ġarrbu ħsarat.

Mal-miljun u ħames mitt elf persuna ġew ordnati jevakwaw djarhom.

L-Awtoritajiet qalu li potenzjalment din tista’ tkun meqjusa bħala l-agħar diżastru tat-temp li l-Ġappun ra f’deċenji.

Il-prim ministru, Shinzo Abe qal li l-awtoritajiet jinsabu fi ġlieda kontra l-ħin biex isalvaw u jevakwaw il-persuni.

Mhux eskluż li fil-jiem li ġejjin, il-pajjiż jintlaqat minn aktar maltemp.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend