Tfal isegwu l-passi ta' missierhom u jitilgħu jaraw lil pajjiżhom jilgħab fit-Tazza tad-Dinja | One News

Notifiki

Tfal isegwu l-passi ta’ missierhom u jitilgħu jaraw lil pajjiżhom jilgħab fit-Tazza tad-Dinja

Clovis Acosta Fernandes, wieħed mill-ikbar supporters ferventi tat-tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil tilef ħajtu tlett snin bil-marda tal-kanċer. Fernandes kien wiċċ sinonimu dakinhar li Brażil tilfu bl-iskor ta’ sebgħa b’wieħed mat-tim Ġermaniż fis-semi final. Dakinhar beda jżomm replica tat-trofew tat-Tazza tad-Dinja viċin wiċċu waqt li jibki hekk kif ra t-tim favorit tiegħu jitlef u b’hekk tilef jara t-tim favorit jerbaħ it-Tazza tad-Dinja f’pajjiżu.

F’intervista li kellu fl-2014, ftit xhur qabel l-edizzjoni ta’ dik is-sena, Clovis qal li ra l-edizzjoni tal-1970 li saret fil-Messiku u kellu ħolma li jmur jara lil pajjiżu jilgħab f’edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Din il-ħolma saret realtà għoxrin sena wara meta fl-Italia 90, ra lil pajjiżu jilgħab għall-ewwel darba f’dik l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja u minn hemm ‘il quddiem ma ħarisx lura. Dan għaliex mar is-sitt edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja li ġew wara, bl-aħħar waħda tkun dik tal-2014. Dan ifisser li Clovis Fernandes ra lil pajjiżu jerbaħ it-Tazza tal-Dinja darbtejn: l-ewwel darba fl-Istati Uniti fl-1994 u t-tieni darba fl-2002 fil-Korea t’Isfel u l-Ġappun. Clovis ra wkoll lil pajjiżu jitlef fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1998 li saret fi Franza, bi Franza jerbħu dik l-edizzjoni għall-ewwel darba.

L-aħħar logħba ta’ Clovis kienet is-semi finali ben il-Brażil u l-Ġermanja fejn il-Brażiljani kienu umiljati mir-rebbieħa tal-edizzjoni tal-2014, il-Ġermanja. Din kellha tkun l-aħħar Tazza tad-Dinja għal Clovis hekk kif fis-16 ta’ Settembru 2015, Clovis fl-età ta’ 60 sena tilef il-battalja kontra l-kanċer.

Iżda l-istorja tiegħu ma tieqafx hemm, hekk kif it-tfal tiegħu Frank u Gastavo jinsabu fir-Russja biex isegwu l-passi ta’ missierhom u jsegwu t-tim nazzjonali Brażiljan jilgħab. Meta kienu intervistati fuq stazzjon Russu qalu li missierhom huwa rrispetat minħabba l-passjoni u l-imħabba li kellu għal logħba filwaqt li dan ir-rispett għandhom qed igawduh huma wkoll. Hekk kif in-nies kemm Russi u oħrajn li qed isegwu din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja qegħdin jaraw li huma jinsabu tajbin u qed isegwu lill-pajjiżhom.

Forsi minjaf jaraw it-tim Brażiljan jerbaħ din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja hekk kif ra missierhom għax il-bookmakers huwa l-favurit nett biex jerbaħ din l-edizzjoni, imma l-ewwel irrid jegħleb tat-tim Belġjan hekk kif il-Ġimgħa jilgħabu kontra xulxin fil-Kwarti tal-Finali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend