L-Awtorità tal-Mediċini u s-Supredent tas-Saħħa Pubblika qegħdin isegwu s-sitwazzjoni dwar il-mediċina ‘Valsartan’ – One News

Notifiki

L-Awtorità tal-Mediċini u s-Supredent tas-Saħħa Pubblika qegħdin isegwu s-sitwazzjoni dwar il-mediċina ‘Valsartan’

L-Awtorità tal-Mediċini u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qed isegwu sitwazzjoni li qed tiżviluppa fl-aħħar sigħat fl-Ewropa kollha u li dwarha ġew infurmati mill-European Medicines Agency (EMA) dwar mediċina tal-valsartan.

L-EMA fl-aħħar sigħat avżat dwar potenzjalment impurità mhux mistennija li nstabet fl-ingredjent attiv manifatturat fiċ-Ċina li jintuża biex jiġu manifatturati xi prodotti mediċinali tal-valsartan

L-awtoritajiet tas-saħħa se jkomplu jsegwu l-informazzjoni li qed tingħata mill-EMA minn ħin għall-ieħor.

Il-valsartan hi mediċina li tintuża biex tiġi kontrollata l-pressjoni għolja u għal problemi kardjovaskulari.

Sakemm ma jinħariġx avviż ieħor, l-Awtorità tal-Mediċini u l-SPH qed jimxu mal-pariri li qed jingħataw mill-EMA u mill-Health Products Regulatory Authority (HPRA) li l-pazjenti m’għandhomx iwaqqfu dawn il-mediċini għal għarrieda. Avviżi oħrajn jinħarġu skont kif tiżviluppa s-sitwazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend