AĠĠORNAT BIL-FILMAT: Wieħed fil-periklu tal-mewt, wieħed iweġġa' gravi u tnejn jeħilsuha ħafif | One News

Notifiki

AĠĠORNAT BIL-FILMAT: Wieħed fil-periklu tal-mewt, wieħed iweġġa’ gravi u tnejn jeħilsuha ħafif

Ġuvni jinsab fil-periklu tal-mewt wara li flimkien ma 7 żgħażagħ oħra intlaqtu minn vettura tat-tip Subaru Impreza.

Irriżulta li fil-ħamsa neqsin għaxra, ġuvni ta’ għoxrin sena minn Birkirkara allegatament tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu fi Triq Ġorg Borġ Olivier.

Konsegwenza t’ hekk, huwa tela fuq bankina u laqat liż-żgħażagħ li kienu mexjn lejn Tas-Sliema.

Iż-żgħażagħ li kienu nvoluti huma:

  • Ġuvni Olandiż ta’ 25 sena li qiegħed isofri minn ġrieħi serji;
  • Ġuvni Ingliż ta’ 25 sena li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi
  • 3 ġuvintur Olandiżi u ġuvni Ingliż li qed isofri minn ġrieħi ħfief
  • 2 nisa ma sofrew l-ebda ġrieħi

Dwar dan il-każ ġiet imsejħa inkjesta Maġisterjali bil-Maġistrat tal-Għassa Dr Francesco Depasquale LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jgħinuh.

Il-Ministru Chris Fearne permezz ta’ Twitter qal li dwar dan il-każ infetaħ helpline fuq in-numru 25454900.

 

 

Ritratti/Filmat: Kurt Mallia/Ġaħan Online

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend