Il-Ministeru għas-Saħħa u l-MUMN wara li laħqu ftehim u se jiddiskutu matul tmiem il-ġimgħa | One News

Notifiki

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-MUMN wara li laħqu ftehim u se jiddiskutu matul tmiem il-ġimgħa

Il-Union Maltija tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN issospendiet l-azzjonijiet industrijali wara li laħqu ftehim mal-uffiċċjali tal-Ministru tas-Saħħa li se jiddiskutu matul dan tmiem il-ġimgħa.

Dan intqal mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fi tweet.

Huwa ħabbar li l-azzjonijiet industrijali mill-MUMN ġew sospiżi u li l-unjin se tiltaqa’ ma’ uffiċjali tal-Ministeru.

L-MUMN kienet ddikjarat tilwima industrijali u fil-jum tal-Ħamis kien hemm azzjonijiet industrijali mill-infermiera fl-isptarijiet, ċentri tas-saħħa u d-djar fil-kommunità wara li ma ntlaħaqx qbil fuq ftehim settorjali ġdid mal-infermiera.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend