Diskussa t-tolleranza u l-paċi fil-Parlament | One News

Notifiki

Diskussa t-tolleranza u l-paċi fil-Parlament

Fil-Parlament Malti, il-Ġimgħa filgħodu kien hemm seduta parlamentari b’differenza, hekk kif tlaqqa’ l-Parlament Internazzjonali għat-tolleranza u l-paċi.

Ħamsa u erbgħin pajjiż minn madwar id-dinja ipparteċipaw f’dan il-parlament u ingħaqdu flimkien f’pajjiżna, fosthom pajjizi mill-Amerika ta’ isfel, mill-Karibbew u l-Afrika.

Apparti s-seduta parlamentari, kien hemm ħames kumitati parlamentari fejn il-pajjiżi differenti kellhom l-opportunita li jitkellmu bejniethom fuq opportunitajiet ta’ djalogu soċjali u inklużjoni.

L-ispeaker tal-kamra tar-rappreżentanti, Anġlu Farrugia qal li huwa sodisfatt li l-parlament Malti laqgħa l-parlament internazzjonali għat-tolleranza u l-paċi.

Dan fl-istess waqt li tkellem dwar l-importanza tal-paċi f’dawn iż-żminijiet.

L-ispeaker Anġlu Farrugia appella sabiex l-pajjiżi kollha jaħdmu flimkien f’unita.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend