Bugħaddas jitlef ħajtu waqt l-operazzjoni ta' salvataġġ fit-Tajlandja | One News

Notifiki

Bugħaddas jitlef ħajtu waqt l-operazzjoni ta’ salvataġġ fit-Tajlandja

Eks bugħaddas tal-flotta navali Tajlandiża miet waqt li kien qed jieħu sehem f’ħidma ta’ salvataġġ biex ikunu salvati tnax-il tifel u l-kowċ tagħhom li nqabdu f’għar mgħerreq fit-Tajlandja.

Saman Gunan intilef minn sensih waqt li kien ħiereġ mil-kumpless tal-għerien Tham Luang, fejn kien qed iwassal maskli tal-arja.

Id-Deputat Gvernatur ta’ Chiang Rai qal li jidher li ma kellux biżżejjed ossiġnu waqt li kien ħiereġ lura. Huwa nħareġ minn sieħbu, iżda ma setax jerġa jitqajjem.

Gunan, li kellu madwar 38 sena, kien telaq mill-flotta navali iżda rritorna sabiex jgħin fl-operazzjoni ta’ salvataġġ. L-uffiċjali qalu li l-funeral tiegħu se jitħallas mir-re tat-Tajlandja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend