Pjan ta' azzjoni għal pajjiżna biex ma jonqsux il-Fondi Ewropej wara l-2020 | One News

Notifiki

Pjan ta’ azzjoni għal pajjiżna biex ma jonqsux il-Fondi Ewropej wara l-2020

Pajjiżna se jkun qed igawdi minn aktar fondi Ewropej anke wara s-sena 2020 permezz ta’ pjan ta’ azzjoni. Dan tħabbar dan mis-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia waqt l-NCP Forum. 
Il-ħsieb huwa li filwaqt li l-fondi ta’ koizjoni jistgħu jonqsu minħabba sfidi bħal Brexit, li se tħalli vojt ta’ 

€13-il biljun, l-immigrazzjoni u s-sigurtà, permezz ta’ dħul fi proġetti adekwati, pajjiżna jista’ jgawri minn fondi diretti mill-Ewropa.
Farrugia spjega kif dawn huma fondi li, għal kuntrarju tal-fondi ta’ koizjoni, ma jingħatawx lill-Gvern biex iqassamhom hu, iżda jingħataw għal skop dirett mill-Ewropa.
L-ewwel punt tal-pjan ta’ azzjoni huwa li tissaħħaħ il-unit biex tkun aktar faċli li pajjiżna jidħol fi programmi varji għall-fondi diretti.
It-tieni punt huwa studju dwar x’tagħrif hawn mill-privat fuq fondi li jistgħu jaċċessaw. Dan filwaqt li studju ieħor ser jkun qed jara liema huma l-aktar programmi adattati għal pajjiżna.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend