L-Ajruport ta' Gatwick milqut minn terremot | One News

Notifiki

L-Ajruport ta’ Gatwick milqut minn terremot

L-Ajruport ta’ Gatwick u żoni oħra fin-naħa t’isfel tal-Ingilterra ntlaqtu minn terremot ta’ qawwa 3.0 fuq l-Iskala Richter. 

Bosta passiġġiera li kienu fl-ajruport irrakkontaw kif ħassew it-theżżiż waqt is-seba terremot li nħass fir-Renju Unit matul dawn l-aħħar tliet xhur.

Midja internazzjonali rrapportat kif it-terremot kien ta’ qawwa 3.0 fuq l-Iskala Richter u nħass f’Surrey u Sussex għall-ħabta tal-10:53 ta’ filgħodu ħin lokali.

Bosta kitbu kif it-theżżiż inħass għal perjodu qasir.

Jidher li ħadd ma ndarab u ma kien hemm ebda ħsarat irrapportati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend