Ġlieda kontra l-elementi biex jinħarġu t-tfal mill-għar fit-Tajlandja | One News

Notifiki

Ġlieda kontra l-elementi biex jinħarġu t-tfal mill-għar fit-Tajlandja

Ħaddiema tas-salvataġġ fit-Tajlandja issa qed jiġġieldu kontra l-elementi sabiex jinħarġu 12-il tifel u l-kowċ tagħhom li ilhom għal dawn l-aħħar jiem maqbdua f’għar.

L-istorja ta’ dawn it-tfal ħasdet l-aħbarijiet internazzjonali din il-ġimgħa meta nstabu wara operazzjoni ntensiva f’ Chiang Rai, it-Tajlandja.

Dan ir-reġjun issa mistenni jkun milqut minn maltempata kbira, u b’kawża ta’ dan se jogħla l-livell tal-ilma fil-post fejn bħalissa jinsabu l-vittmi.

F’konferenza tal-aħbarijiet intqal li fejn qabel il-ġlieda biex jinstabu l-vittimi kienet waħda kontra l-ħin, issa l-ġlieda hija waħda kontra l-ilma u l-elementi naturali.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend