Aġġornat: Tiġi ppreżentata l-evidenza elevata mill-Marsa fil-każ DCG – One News

Notifiki

Aġġornat: Tiġi ppreżentata l-evidenza elevata mill-Marsa fil-każ DCG

Dalgħodu mistennija tkompli l-kumpliazzjoni fil-konfront ta’ George u Alfred Degiorgio kif ukoll Vince Muscat li jinsabu akkużati bil-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia.

Fit-tmiem tas-seduta tal-lum il-Qorti mistennija tagħti digriet fuq it-talba għall-ħelsien mill-arrest hekk kif skont il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit din għada pendenti.

09:20 Fl-awla li bħalissa għada qed timtela hawn diġà l-avukati Jason Azzopardi u Therese Commodini Cachia. Preżenti wkoll hawn l-Ispettur tal-Pulizija Keith Arnaud li qed jipprosegwixxi kif ukoll omm u oħt il-vittma Daphne Caruana Galizia.
09:25 Bħalissa qed jinġiebu diversi xkejjer u kaxex li possibilment go fihom hemm diversi esebiti tal-prosekuzzjoni.
09:34 Daħlu issa it-tliet akkużati. Warajhom hemm tliet uffiċjali tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
09.38 L-avukat Martin Fenech għad-difiza qed joġġezzjona għal 3 aġenti tal-Europol jkunu kollha preżenti waqt ix-xhieda tagħhom. Skont l-avukat Fenech, it-tliet esperti, għalkemm jidher li hadmu fuq l-istess rapport, il-pożizzjoni tal-imputat tista’ tiġi preġudikata jekk ikunu kollha fl-istess ħin fl-awla waqt ix-xhieda tagħhom minħabba l-fatt illi l-indipendenza ta’ kull xhud tiġi preġudikata mid-domandi u risposti li x-xhieda l-oħrajn ikunu taw. Ghalhekk jiġi impattat id-dritt tal klijent waqt kontro eżami. Il-prosekuzzjoni targumenta li r-rapport tagħhom huwa wieħed konġunt u allura għandhom jibqgħu preżenti. Il-maġistrat telenka li l-aġenti kienu diġà preżenti fl-aħħar seduta allura ssaqsi x’inhi l-problema s’issa. Il-prosekuzzjoni ssostni li esperti tal-awtopsja għandhom jixhdu flimkien.
09:45 Fl-awla daħal ir-raġel tal-vittma Peter Caruana Galizia. Safrattatant, il-battibekk bejn id-difiża u l-prosekuzzjoni għadu għaddej.
09:55 Ix-xhieda qedgħin jieħdu l-ġurament wieħed wieħed.
 09:57 Philip Galea Farrugia mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jagħti suggeriment fejn l-esperti tal-EUROPOL ħadmu flimkien jixhdu flimkien, filwaqt li jixhdu b’mod separat fuq fejn ħadmu b’mod separat.
10:00 L-ewwel xhud tal-Europol jgħid li ġie mqabbad mill-Maġistrat Anthony Vella qabel ma ġew Malta. Huma waslu Malta fit 3 ta’ Diċembru 2017. L-għada ġew mqabbda jgħinu lis-cid f’diversi house searches f’postijiet differenti. Waqt dan, għenu wkoll il-forensika tiddentifika diversi evidenza misjuba li tista’ tgħin fil-każ bħal mobile phones u oġġetti oħra li jikkonstitwixxu evidenza diġitali.
10:06 Ix-xhud jgħid li ma tantx damu Malta allura ma laħqux raw l-evidenza kollha. Hu jispjega kif l-evidenza miġbura nqasmet fi 3: dik li ġiet eżaminata f’Malta, dik li ittieħdet fil kwartieri tal-Eurpol u dik li ma kella l-ebda importanza. L-evidenza li ttieħdet barra minn Malta inġiebet lura personalment b’sigurtà massima. Rigward l-eżami tal-evidenza, hu jghid li twettqet akkwist tad-data mill-evidenza miġbura.
10:22: Bhalissa l-aġenti qed jixhdu fuq x’għamlu individwalment għalhekk iż-żewġ xhud l-oħra ġew mitluba temporanjament joħorġu l’barra.
10:30 L-evidenza miġbura tikkonsisti minn diversi mobiles u sim cards.
10:50 F’dan il-mument għaddej proċess kemmxejn repettitv hekk kif l-esperti tal Europol qedgħin jagħtu lista tal-evidenza kollha li qed tiġi ppreżentata lill-Qorti
10:56 It-tieni xhud jispiċċa mill-evidenza li ġabar u li ħadem fuqhom hu . Mistoqsi mill-Ispettur Keith Arnaud, ix-xhud jgħid li l-informazzjoni li nġabret tinsab fuq hard disk li se tingħata lill-Qorti. L-avukat difensur Martin Fenech jerġa jistaqsi min ta l-evidenza lil Europol. Ix-xhud wieġeb li din inġabet minn uffiċjal Malti.
11:00 Intant wieħed mill-akkużati, Alfred Degiorgio l-Fulu, ressaq rikors quddiem il-Qorti kostituzzjonali biex jiddikjara li l-evidenza li tressqet mill-FBI fis-seduta ta’ Mejju li għadda titħassar mill-proċeduri abbażi li dawn kissru id-drittijiet fundamentali tal-bniedem fil-konfront tiegħu skont artiklu 39 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u artiklu 6 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali inkorporata fil-Liġijiet ta’ Malta bis-saħħa tal-Kap. 319 tal-Liġijiet ta’ Malta.
11:45 Tkompli s-seduta. L-ispettur Keith Arnaud qed jagħti verbalizzazjoni ta’ min kien preżenti meta inġabret l-evidenza. Arnaud jgħid li fil-Marsa l-evidenza kollha ġiet elevata fil preżenza tat 3 imputati. Evidenza elevata fid-djar rispettivi tagħhom kienu preżenti wkoll separatament, biss fil każ tal-imputat George Degiorgio meta l-evidenza li ġiet elevata hemm kien hemm preżenti s-sieħba tiegħu ukoll. Rigward il-vetturi rispettivi: ta’ George Degiorgio (iċ-Ċiniz) ġiet elevata fil-Marsa bir reg. plate: DENJAD fil-preżenza tiegħu, ta’ Alfred Degiorgio (il-fulu) b’reg plate IBQ-897 ġiet elevata fil-marsa wkoll fil-preżenza tiegħu wkoll filwaqt li meta ġiet elevata il-vettura bir-reg plate GUI-401 kien preżenti għaliha Vincent Muscat (kohhu). Ma giex specifikat fejn inġabret il-vettura tal-Kohhu.
11:55: Tkompli l-ispjega u n-numerazzjoni tal-oġġetti elevati mill-ewwel xhud tal-Europol.
2:40: Jidher li l-xhieda u l-evidenza li l-esperti tal-Europol kellhom jagħtu issa hija konkluża.
12:42: Il-Magistrat ħatret espert biex jagħmel ħames kopji tal-hard drives bl-evidenza tal-Europol bi qbil mal-partijiet kollha.
12:50: Qam battibekk ieħor bejn id-difiża u l-prosekuzzjoni rigward ix-xhieda tal-Europol. Il-Maġistrat Stafrace Zammit ma tantx tidher impressjonata b’ dan l-aġir u qed tistaqsi jekk id-difiża hux qed tipprova tiddubita l-indipendenza tax-xhieda.
12:54 Tela’ jixhed issa espert fit-3D mapping li fil-Qorti ppreżenta muddell tal-karozza Peugeot 108 li kienet involuta fl-isplużjoni li qatlet lil Daphne Caruana Galizia, fl-istat li spiċċat wara l-isplużjoni.
13.01 Se jitilgħu jixhdu issa grupp ta’ erba’ uffiċjali minn National Forensic Institute tal-Olanda. L-ewwel uffiċjal jippreżenta rapport konġunt bejn l-4 uffiċjali Olandiżi. Huwa avża li dan ir-rapport u l-preżentazzjoni tiegħu fihom dettalji u ritratti xokkanti.
13:15 L-ewwel uffiċjali jgħid li fis-16 t’Ottubru ċempillu Spettur Charlo Casha mill pulizija Maltija u talbu l-assistenza fl-investigazzjoni. Casha qallu kien hemm splużjoni fi triq il bidnija Malta. L-uffiċjal olandiż qal lil Casha biex jaghmel cordon kbira biex tipprotegi il crime scene. Wara, x-xhud ikkuntattja lis-superjuri tiegħu biex ikollu kollox in order u li tkun is-saret it-talba mill-pulizija Maltija għall-assistenza qabel jiġi Malta. Dakinhar filgħaxija xhud iehor li qiegħed fl-awla kien l-ewwel wieħed li wasal Malta. Il-bqija tat-team wasal 24 siegħa wara u ltaqgħu mal-Maġistrat Anthony Vella. Għamlu scan tal-crime scene u fasslu pjan t’invesitgazzjoni. Huma għaqqdu join investigation team mal-armata u l-pulizija. Bdew jinvestigaw fis 17 t’ottubru u spiccaw fid 19.
13:18 Ix-xhud ikompli jispjega li l-area tal ispluzjoni inqasmet f’diversi setturi ta’ diversi qisien. Fil viċinanza tal-karozza dawn kienu iżgħar minn dawk iżjed il bogħod mill-karozza. Ittieħdu r-ritratti. Kull oġġett kbir biżżejjed biex ikollu residue ta’ splussiv ittieħed għal iżjed testijiet tad-DNA. Apparat elettroniku personal ġew isseparati u ċċekjati sew. Oġġetti iżgħar tpoġġew f’evidence bags separati, li b’kollox kienu erbgħa. Dawn setgħu kienu partijiet ta’ vettura jew fdalijiet umani li kienu viċin il-bomba. L-evidenza kollha ittieħdet mill-Pulizija Maltija.
13:22 Ix-xhud ikompli jgħid li analiżi turi li l-ispluzjoni seħħet mitt metru ‘l bogħod minn fejn instabet il-karozza. Huwa kien responsabbli li joħroġ il-ġisem ta’ DCG. Il-ġisem tal vittma kien fil-left front severely burnt bla sieq fuq il-lemin u rasha fuq dik li kienet it-tieqa. Fdalijiet umani mill-għalqa u karozza inġabru mill-izjed fis possibli. Innota li s-sieq li tqaċċtet minn mal vittma ma kienitx badly burnt. DCG tant kienet maħruqa li qas biss setgħu jagħmlu testijiet għal fdalijiet tal-bomba fuq il ġisem, ħlief għas-sieq.
13:28 L-ahhar membru ta’ dan it-tim Olandiż jitla jixhed u jgħid li iccekja ghal fdalijiet ta’ splussiv Inghata 10 samples biex jittestjawhom l-NFI Olandiża meta dawn ttiehdu l-Olandiżi il-hamis 19 t’ottubru
13:37 Jerga jitla l-ewwel Olandiz li jikkonkludi billi jgħid li l-asfalt fi Triq il-Bidnija saritlu ħsara konsiderevoli. Fit-triq innutaw biċċa sewda mfaħħma. L-iżjed parti danneġġata hija preżuma l-punt fejn seħħet l-isplużjoni. Mistoqsi mill-ispettur Arnaud min ha s-samples ix-xhud jwieġeb li kienu ix-xhieda l-oħra li ħadu b’kordinazzjoni mal-pulizija Maltija. Illum qedgħin f’post sigur.
13:56 Tixhed Olandiża oħra li ma hix parti mill iskwadra ta’ qabel. Tghid li l-irwol tahha hu ta kordinatur bejn logistics u chain of custody mal evidenza li ttelgħet The Hague. Fis-16 t’ottubru hija irciviet telefonata mil-ewwel xhud olandiż li xehed qabel fejn dan qalilha li seħħet spluzjoni f’Malta u li pulizija Maltija talbu l-assistenza tal-NFI. Izjed tard dakinhar irċiviet email mill-Ispettur Malti Casha bi spjegazzjoni ta’ x’kien hemm bżonn. Iżjed tard irċiviet il go ahead biex tinżel Malta. Fi 19 t’ottubru 2 pulizija Maltija telgħu l-NFI f’The Hague u tawha xi samples mix-xena tad-delitt. Wara s-samples gew trasferiti skont il procedura olandiza sad dipartiment tal analizi tal isplussiv. Iktar tard dakinhar stess intalbet tigi malta biex tghin fil laqat li saru fl 20 t’ottubru rigward possibilment investigazzjoni ta follow up mal maġistrat anthony vella.
14:11 Iqum battibekk ieħor hekk kif id-difiża qed toġġezzjona għax-xhieda ta persuna ohra abbażi li ma kienx innominat mill magitrat inkwerenti u ma kienx awtorizzat janaliżża dokumenti esebiti li huma taht li kustodja tal magistrat inkwerenti. Id-difiża isostni wkoll li bl-ebda mod ix-xhud ma jista jixhed fuq dan. Jekk dan iseħħ, isir abbuż tal ligi jekk persuna li ma ghandux l-awtorita tal-maġistrat inkwerenti tingħata evidenza kunfidenzjali sabiex tigi analiżżata, liema evidenża kienet taht il kustodja tal istess magistrat, li kienet sigrieta biex tigi espedita fil-kors ta dawn il-proċeduri. Il-prosekuzzjoni tirrinuninzja li dan ix-xhud biex isiru l-verifiki neċessarji.
14:25: Il-Maġistrat taggorna għal 17 ta’ Lulju fid-9.30
14:26 Issa qed isiru s-sottomissjonijiet għat-talba tal-ħelsien mill-arrest. L-avukat tal-koħħu Martin Fenech isostni li l-klijent tiegħu ma ssemma mkien fl-ebda mument u m’hemm l-ebda provi kontrieh. Jgħid li l-klijent tiegħu nzerta biss li kien fil-mument il-ħażin fil-ħin il-ħazin meta gie arrestat fit-tinda tal-patata. Il-prosekuzzjoni tirribatti li mhux minnu li l-Koħħu qed jinżamm bi żball u li d-difiża tista tiftaħ rikors jekk tħoss li dan hu l-każ.
14:35 Is-seduta tispiċċa bil-Maġistrat tgħid li se tagħti d-digriet fiż-żmien li ġej.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend