Tina Turner titlef lil binha | One News

Notifiki

Tina Turner titlef lil binha

Il-kantanta ta’ fama internazzjonali Tina Turner ta’ 79 sena tinsab taħt xokk wara li binha Craig Raymond Turner ta’ 59 sena nstab mejjet fid-dar tiegħu fi Studio City f’Kalifornja.

Jidher li Craig neħħa ruħu b’idejh billi spara tir ta’ arma tan-nar.

S’issa għad ma hemm l-ebda dikjarazzjoni mill-kantanta Tina Turner innifisha.

Tina Turner ilha tgħix fl-Iżvizzera għal bosta snin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend