Sit ġdid bi preparamenti għas-sena skolastika ġdida | One News

Notifiki

Sit ġdid bi preparamenti għas-sena skolastika ġdida

Website ġdida biex jgħin fil-preparamenti tas-sena skolastika ġdida – nextyear.edu.mt hija pjattaforma ġdida bl-informazzjoni kollha neċessarja.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol nieda website ġdida http://nextyear.edu.mt bl-għan ewlieni jkun biex tagħti stampa ċara lill-istudenti, il-ġenituri u l-għalliema permezz ta’ informazzjoni utli ta’ dak li jistennew fis-sena skolastika li jmiss.

Is-sit elettroniku jkopri l-iskola obbligatorja minn Kinder 1 sa Sena 11 (Form 5) u huwa mifrux f’sezzjonijiet differenti li jirriflettu paġna għal kull sena għall-aċċess faċli għall-informazzjoni.

F’kull sena wieħed issib ħames sezzjonijiet ewlenin li huma:

-Video minn edukatur li jispjega dak li wieħed jista’jistenna fis-sena partikolari.

-Informazzjoni li tkopri l-iktar aspetti importanti tas-sena bħal kurrikulu, kif il-ġenituri jistgħu jkunu involuti, għażliet akkademiċi, u bidliet mis-sena preċedenti.
-Taqsima b’mistoqsijiet frekwenti li hija kontinwament aġġornata.
-Taqsima fejn l-utenti jistgħu jissottomettu mistoqsijiet jew suġġerimenti fejn dawn imbagħad jiġu riflessi fis-sit elettroniku.
-Taqsima ta’ informazzjoni bid-dettalji ta’ kuntatt personalizzati għas-Servizzi ta’ Appoġġ mill-Prinċipal tal-Kulleġġ u mill-Iskola li attwalment jattendi l-istudent.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend